Impjegati barra l-pajjiż

Internship f’pajjiż Ewropew ieħor għandu benefiċċji għall-partijiet involuti kollha: l-organizzazzjoni li tibgħat, l-organizzazzjoni li tirċievi u l-intern. Minbarra li torganizza opportunità ta’ tagħlim direttament bejn żewġ kumpaniji, hemm l-għażla li tapplika għal finanzjament permezz ta’ proġett ta’ mobbiltà ffinanzjat mill-programm Erasmus + tal-Unjoni Ewropea.

Kulħadd jaf li studenti universitarji jużaw l-Erasmus biex jistudjaw barra minn pajjiżhom għal semestru – imma l-apprendisti tiegħek jistgħu jagħmlu dan ukoll! 

Mhux il-kumpaniji kollha huma kbar biżżejjed u jimpjegaw numru kbir ta’ apprendisti li jiġġustifikaw huma stess l-applikazzjoni għal proġett ta’ mobbiltà. Jekk il-kumpanija tiegħek għandha l-kapaċità meħtieġa, agħti ħarsa hawn u ara kif tista’ tapplika! Jekk le – l-ebda inkwiet, hemm modi oħra. Tista’ tagħmel kuntatt ma’ organizzazzjoni intermedjarja li hija speċjalizzata fil-ġestjoni tal-mobilitajiet Erasmus +.

Ejja ngħidu li int il-kap ta’ kumpanija żgħira fi Franza u l-apprendist tiegħek Simon jixtieq li jagħmel apprendistat barra mill-pajjiż. Taqbel li dan ikun ta’ benefiċċju u interessanti, imma m’għandek l-ebda kumpanija sieħba f’pajjiż ieħor. Tgħid lil Simon jekk isib mod, int tħares lejn dan.

Ftit jiem wara, Simon jiġi l-uffiċċju tiegħek u jurik flyer ta’ organizzazzjoni li tidher li toffri eżattament dak li qed tfittex! It-tnejn li intom iċċemplu n-numru provdut u titgħallmu li Simon huwa eliġibbli biex jagħmel apprendistat barra mill-pajjiż u jkun iffinanzjat mill-UE – il-programm Erasmus + biex ikun eżatt. Madankollu, għandek tħassib. Il-kumpanija tiegħek hija żgħira u Simon huwa impjegat prezzjuż, u mhux fattibbli li tħallas is-salarju tiegħu mingħajr ma jkun hemm, speċjalment għal żmien twil. U ma tistax timmaġina li l-ispejjeż kollha huma koperti . Il-persuna fuq it-telefon tispjega li Simon jista’ jmur barra minn Malta forsi ġimagħtejn jew tliet ġimgħat biss, li jfisser li ma jkunx nieqes għal żmien twil, u iktar ma tkun qasira l-waqfa iktar ikun għoli ċ-ċans li jkollok l-ispejjeż kollha koperti. Int titlob għal aktar informazzjoni dwar il-proċess u tirċievi l-ħarsa ġenerali u l-lista ta’ kontroll.

Int tiddeċiedi li l-isforz li tibgħat l-apprendist tiegħek barra l-pajjiż huwa ġustifikat. Huwa mhux biss ser jikber bħala persuna u jsir saħansitra aktar indipendenti, iżda wkoll se jġib lura tagħrif siewi dwar kif il-qasam tax-xogħol tiegħek jiġi indirizzat f’pajjiż ieħor. Forsi anke kollaborazzjoni professjonali tista’ tiġi stabbilita! L-ispejjeż biex tibgħat lil Simon barra l-pajjiż huma fattibbli u flimkien tiddeċiedu li tindirizzaw l-avventura!