Rażżan il-ġungla tal-burokrazija billi tuża l-Interoperabilità

Int responsabbli għall-immaniġġjar tal-applikazzjonijiet għax-xogħol?
Tixtieq li jkun hemm mod effiċjenti biex tqabbel il-kwalifiki tal-applikanti?

 

Tfittixx iktar!

Is-CV tal-Europass huwa wieħed mill-aktar mudelli ta’ CV użati fl-Ewropa b’aktar minn 130 miljun CVs maħluqa mill-2005. Filwaqt li huwa utli ħafna għal applikazzjonijiet ta’ xogħol ’lil hinn mill-fruntieri nazzjonali, is-CV tal-Europass għandu benefiċċju speċjali għal min iħaddem ukoll u hi msejħa Interoperabilità. Jippermettilek tiġbor u tippreżenta s-CVs kollha tal-Europass fi Spreadsheet waħda ta’ MS Excel. Dan ifisser li tista’ tara l-kwalifiki tal-applikanti għax-xogħol f’daqqa t’għajn billi tikklikkja fuq ringieli speċifiki.

Kif tista’ tuża l-Interoperabilità?

Għandek żewġ għażliet ewlenin biex tuża din il-karatteristika:

  1. Integra l-Interoperabilità direttament fil-website tal-kumpanija tiegħek..

  2. Uża l-karatteristika Europass2Spreadsheet.

It-tieni waħda hija bil-bosta l-eħfef jekk tixtieq tipprova l-karatteristika jew jekk tieħu ħsieb applikazzjonijiet tax-xogħol okkażjonalment biss. Int sempliċement għandek titlob lill-applikanti potenzjali għax-xogħol biex jibagħtulek is-CV tagħhom bħala Europass (għandu jkun PDF), u allura tista’ ttella’ s-CVs fis-servizz tal-Europass2Spreadsheet hawn. Niżżel il-file MS Excel u qabbel id-data tal-applikanti għax-xogħol tiegħek f’daqqa t’għajn! Ara l-eżempju tal-ispreadsheet jew uża l-kampjun tas-CVs marbuta hawn taħt biex tipprova din il-karatteristika waħdek!

Il-karatteristika tal-Interoperabbiltà nnifisha hija pjuttost wiesgħa u tippermettilek tpoġġi add-on fuq il-website tal-kumpanija tiegħek, fejn l-applikanti jistgħu jtellgħu s-CVs tagħhom direttament. Il-file MS Excel imbagħad jibgħatlek b’mod awtomatiku. Jekk tixtieq timplimenta dan, huwa aħjar li tagħmel kuntatt mal-amministratur tal-website tiegħek. Agħti ħarsa lejn is-servizz u l-ambitu sħiħ tiegħu hawn.

Ittestja l-Europass2Spreadsheet:

  1. Niżżel il-kampjuni tas-CV tal-Europass (kif ipprovdut mill-Kampjuni tas-CV tal-Europass):
    Europass CV Sample 1 [EN]
    Europass CV Sample 2 [EN]
  2. Żur din il-website u tella’ ż-żewġ CVs tal-Europass.
  3. Ikklikkja fuq il-buttuna “send” u niżżel il-file MS Excel.

Ħjiel għal Esperti Vera tal-Europass:

L-ispreadsheet tal-MS Excel iġġenerata mill-Europass mhix utli biss għall-immaniġġjar tal-applikazzjonijiet tax-xogħol.

Forsi int responsabbli għal aktar edukazzjoni u taħriġ tal-impjegati tiegħek?

Ħallihom joħolqu CV tal-Europass u jżommu rekord tal-kwalifiki tagħhom u l-ħtiġijiet potenzjali għat-taħriġ bl-użu tal-Interoperabbiltà jew il-karatteristika tal-Europass2Spreadsheet!