X’inhu t-tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol?

Qatt ippruvajt timmaġina l- “impjegat ideali” tiegħek?
Idealment, tkun persuna li tkun iddedikata għax-xogħol, leali lejn min iħaddem, li tkun fil-pussess tat-tagħrif teoretiku u prattiku kollu meħtieġ għal ċerta pożizzjoni, li taqsam u tirrappreżenta l-istess valuri tal-kumpanija nnifisha.

Imma fejn u kif issib l- “impjegat ideali” tiegħek?
Kif tikseb dan il-livell ta’ sinerġija?

Illum nistennew li l-istudenti u l-impjegati jkollhom dawn il-ħiliet tas-Seklu 21 sabiex jirnexxu fil-karrieri tagħhom. Il-ħiliet imfittxija minn min iħaddem huma spiss iċċitati bħala:

  • Kollaborazzjoni u ħidma f’tim
  • Litteriżmu fl-informazzjoni
  • Kreattività u immaġinazzjoni
  • Tmexxija
  • Ħsieb kritiku
  • Litteriżmu ċiviku u ċittadinanza
  • Soluzzjoni ta’ problemi
  • Ħiliet ta’ komunikazzjoni orali u miktuba
  • Flessibilità u adattabilità
  • Responsabbiltà soċjali u etika
  • Tagħrif globali u kulturali
  • Litteriżmu teknoloġiku

Imma fejn u kif huwa possibbli li tinkiseb firxa daqshekk wiesgħa ta’ tagħrif u ħiliet prattiċi speċjalment fost iż-żgħażagħ meta jkunu għadhom biss qed jibdew fil-karrieri tagħhom?

It-tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol jista’ jkun ir-risposta.

 

 

IT-TAGĦLIM IBBAŻAT TAX-XOGĦOL

Il-karattru u l-proċess ta’ tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol joħloq opportunità u bażi għall-kumpaniji biex jappoġġjaw l-iżvilupp personali u professjonali tal-impjegati attwali u futuri tagħhom, u joħolqu ambjenti ta’ tagħlim li jikkontribwixxu għall-“immudellar” tal-impjegati ideali.

It-tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol jirreferi għal tagħlim li jseħħ meta n-nies jitgħallmu billi jagħmlu xogħol reali. Dan ix-xogħol jista’ jitħallas jew ma jitħallasx, iżda għandu jkun xogħol reali li jwassal għall-produzzjoni ta’ oġġetti u għal servizzi tanġibbli.

Hemm tipi differenti ta’ tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol, it-tipi u r-regolamenti tagħhom jiddependu fuq il-leġislazzjoni tal-pajjiż. Xi pajjiżi tal-UE għandhom sistemi ta’ tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol strutturati tajjeb bi tradizzjoni twila ta’ implimentazzjoni; filwaqt li pajjiżi oħra tal-UE reċentement introduċew sistemi ġodda ta’ tagħlim ibbażati fuq sistema doppja ta’ tagħlim li tippromwovi t-tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol WBL, u allura hemm dawk il-pajjiżi li qed jaħdmu biex itejbu l-firxa attwali ta’ għażliet ta’ tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol disponibbli biex jiżguraw, li l-proċess huwa effettiv u ta’ benefiċċju għall-partijiet kollha involuti.

 

Tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol – Proċess fejn kulħadd jirbaħ

Min hu involut fil-proċess?

  • Servizz ta’ Impjieg Pubbliku
  • Skejjel u kulleġġi
  • Amministraturi ta’ edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali
  • Min iħaddem
  • Impjegati
  • Studenti

X’għandek tikkunsidra?

Il-proċess u l-istruttura tat-tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol ivarjaw minn pajjiż għall-ieħor. Jekk tintroduċi tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol fi ħdan il-kumpanija tiegħek, huwa importanti li mhux biss tikkunsidra r-regolamenti u l-proċeduri leġislattivi iżda wkoll tindirizza l-perċezzjonijiet eżistenti tat-tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol, tirrealizza l-benefiċċji u l-ostakli li jistgħu jkollhom impatt fuq il-proċess. Li jkollok tagħrif ta’ dawn il-fatturi joħloq bażi għall-introduzzjoni u l-implimentazzjoni b’suċċess tal-programmi ta’ tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol.

Meta nimxu mill-perċezzjonijiet tat-tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol huwa importanti li tirrealizza, li dan it-tip ta’ investiment fit-tul joħloq opportunità għal min iħaddem biex “joħloq” l-impjegat ideali tagħhom u min-naħa l-oħra joffri lill-istudenti u lill-impjegati opportunità biex isiru taas-sengħa fir-rwoli tax-xogħol tagħhom, jiksbu fiduċja u wieħed jispera li jissieħbu f’ambjenti ta’ post tax-xogħol sikuri, li jilqgħuhom u li jappoġġjawhom, fejn ikunu kapaċi jiżviluppaw il-ħiliet u t-tagħrif tagħhom kontinwament.